Uffiċċjal tal-Pulizija allegatament jikser ir-regoli

Maġġur tal-Pulizija allegatament qed jikser regoli tal-Korp li jgħidu li ebda uffiċċjal tal-Pulizija m’għandu jifforma parti minn xi għaqda, inkluż sportiva, għax b’hekk ifisser atteġġjament parzjali.
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ġibed l-attenzjoni tal-Ministru tal-Intern Manuel Mallia waqt il-ħin tal-Mistoqsijiet Parlamentari fil-Parlament illejla. Saħaq li Maġġur tal-Pulizija ilu għal diversi xhur uffiċċjal tal-klabb Sannat Lions u jkun fuq il-pitch waqt il-logħob. Qal li dan ifisser “ksur sfaċċat ta’ dak li hu permess mill-awtoritajiet”.
Il-Ministru Edward Zammit Lewis, li kien qed iwieġeb għall-Ministru Mallia, issuġġerixxa lil Azzopardi biex jagħmel Mistoqsija Parlamentari apposta dwar il-każ.