Uefa tipposponi l-finali taċ-Champions League

UEFA formalment ipposponiet il-finali taċ-Champions League, tal-Europa League u tal-women’s Champions League. Oriġinarjament kienu se jsiru f’Mejju.

Il-pandemija tal-coronavirus wasslet biex ħafna mill-kompetizzjonijiet tal-futbol madwar l-Ewropa jipposponu ruħhom sakemm jgħaddi l-vajrus. Ħadd minnhom m’għadu ħabbar id-data ta’ meta se jkun qed jitkompla l-kampjonat.

Kemm iċ-Champions League kif ukoll l-Europa League waslu fir-rawnd tal-aħħar 16. Il-Uefa qed tagħmel dak li tista’ biex b’xi mod tkun tista’ tispiċċa l-kampjonati. Il-Uefa ħarġet stqarrija fejn spjegat li formalment ħadet id-deċiżjoni li tipposponi l-logħob li kienu se jintlagħbu f’Marzu minħabba l-kriżi tal-COVID-19 fl-Ewropa.