UEFA tinjora s-sejħa għal tobba indipendenti waqt logħob tal-futbol

Il-UEFA rċiviet kritika ħarxa wara li l-korp ta’ tmexxija li twaqqaf injora sejħiet biex ikunu introdotti tobba indipendenti waqt il-logħob biex titneħħa r-responsabbiltà minn fuq il-klabbs meta l-plejers ikunu suspettati li qed isofru minn konkussjoni.

Il-protokoll attwali tal-UEFA jiddetta li r-referee jrid iwaqqaf il-logħob jekk ikun hemm il-ħsieb li xi plejer sofra konkussjoni. Iżda t-timijiet mediċi għandhom bixx tliet minuti biex jiddeċiedu jekk l-individwu hux kapaċi jkompli jilgħab jew le.

Wara li kien hemm il-biża’ li Jan Vertonghen ġarrab konkussjoni waqt il-logħba mis-semi finali taċ-Champions League tas-sena l-oħra, saru sejħiet biex ikun hemm tobba indipendenti li jkunu jistgħu jieħdu ħsieb dawn il-każijiet. Hu kompla jilgħab iżda eventwalment kellu jieqaf minħabba l-konkussjoni.