UEFA Champions League: Valletta jgħaddu għat-tieni round

Valletta Football Club, Facebook

Valletta għaddew għat-tieni round ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League wara li ġew f’parità ta’ 1-1 ma’ F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Il-logħba saret fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

Valletta rnexxielhom jeliminaw lil Dudelange biż-żewġ gowls li taw barra minn darhom il-ġimgħa li għaddiet. Id-draw wassal biex il-Beltin jgħaddu b’aggregate ta’ 3-3.

Din hi l-ħames darba fl-istorja ta’ Valletta, li qabżu l-ewwel rawnd ta’ dan il-League.

Fit-tieni round, Valletta jmisshom jilagħbu kontra Ludogorets tal-Bulgarija jew Ferencvaros tal-Ungerija.