UEFA Champions League: Possibiltà ta’ finali bejn żewġ timijiet Spanjoli

Hekk kif iktar kmieni llum telgħu il-poloz tas-Semi-Finali tal-UEFA Champions League, mill-urna ta' Nyon sar magħruf li possibilment il-Finali ta' Milan tista' tkun magħmula minn żewġ timijiet Spanjoli, wara li Real Madrid u Atlético Madrid irnexxielhom jevitaw lil xulxin fis-Semi-Finali.
Filfatt fl-ewwel Semi-Finali, Manchester City se jkunu qed jilagħbu f'darhom l-ewwel leg kontra Real Madrid fis-26 t'April. Il-logħba tar-ritorn tintlagħab fi Spanja fl-4 ta' Mejju.
Fit-tieni Semi-Finali, Atlético Madrid jibdew f'darhom kontra Bayern Munich fis-27 t'April bil-logħba ta' ritorn fil-Ġermanja tintlagħab fit-3 ta' Mejju.
Għall-fini ta' fixture, min jirbaħ bejn Manchester City u Real Madrid ikun meqjus bħala "home team" fil-Finali ta' Milan nhar is-Sibt 28 ta' Mejju.

Ritratt: UEFA.com