UEFA Champions League: L-ebda gowl fl-ewwel Semi-Finali

Partita mingħajr wisq spettaklu u storja dik bejn Manchester City u Real Madrid fl-ewwel leg tal-ewwel Semi-Finali tal-UEFA Champions League.
Bi dro ta' 0-0 kollox rimandat għall-ġimgħa d-dieħla biex naraw min se jagħmilha għall-Finalissima ta' Milan.
Wara li fl-ewwel taqsima l-logħba m'offriet xejn denju ta' Semi-Finali, fit-tieni taqsima, Real Madrid kellhom iżjed ċansijiet fosthom laqtu l-lasta fis-70 minuta u kellu jkun save stupend tal-gowler ta' Manchester City, Joe Hart li salva lit-team tiegħu fil-mumenti finali.
Riżultat xi ftit qarrieq mal-Ispanjoli li issa jmorru f'darhom bit-tama li jirritorna lura Cristiano Ronaldo li llejla kien nieqes mill-azzjoni.

Ritratt: UEFA.com