UE: €47.5 biljun lil Stati Membri minħabba l-Covid-19

€47.5 biljun oħra ġew approvati lir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea (UE) bħala għajnuna minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Il-Parlament approva l-pakkett b’654 vot favur, 23 kontra u 17-il astensjoni. Il-pakkett ingħata l-isem REACT-EU. Ir-riżorsi jistgħu jintefqu sal-aħħar tal-2023.

L-għajnuna se tkun disponibbli permezz tal-Fondi Strutturali tal-UE, b’ €37.5 biljun assenjati għall-2021 u €10 biljun għall-2022. L-operazzjonijiet koperti mir-REACT-EU se jkunu eliġibbli għall-finanzjament mill-1 ta’ Frar 2020, b’mod retroattiv.