Udjenza rekord għal Tu si que Vales

Il-ġiurija ta' dan l-ispettaklu televiżiv

L-edizzjoni tal-bieraħ filgħaxija tal-ispettaklu televiżiv Tu si que Vales kien l-aktar programm segwit fl-Italja b’udjenza ta’ aktar minn 5.6 elf telespettatur, li tissarraf f’31.55% telespettatur ta’ dawk li kienu qed isegwu t-televiżjoni.

Apparti din il-figura sabiħa li rreġistra dan il-programm Tu si que Vales, ġie nnuttat li din il-figura tissupera kull udjenza televiżiva li dan il-programm kellu f’dawn l-aħħar sitt snin.

Il-programm li jixxandar fuq Canale 5 għandu preżentazzjoni ta’ Belen Rodriguez, Martin Castrogiovanni u Alessio Sakara, waqt li l-ġurija hija magħmula minn Maria De Filippi, Gerry Scotti, Rudy Zerbi u Teo Mammucari.