In-Nazzjonijiet Magħquda xettiċi mill-qbil dwar l-immigrazzjoni

Read in English.

L-aġenziji tal-għajnuna tan-Nazzjonijiet Magħquda laqgħu il-ftehim dwar l-immigrazzjoni milħuq mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea aktar kmieni llum, iżda ħeġġu lill-blokk ta’ pajjiżi Ewropej biex jagħti prijorità lill-ħajja u lis-sikurezza tal-immigranti, fil-ħidma li qed issir.

Wara disa’ sigħat ta’ taħditiet imqanqla, il-mexxejja tal-UE qablu li jaqsmu r-refuġjati li jaslu fil-blokk fuq bażi volontarja u joħolqu “ċentri kkontrollati” fl-Unjoni Ewropea biex jipproċessaw it-talbiet għall-ażil.

Charlie Yaxley mill-aġenzija tar-rifuġjati tan-Nazzjonijiet Magħquda, l-UNHCR qal li se jilqgħu kwalunkwe riżultat mill-Ewropa li jwassal għal ħidma aktar kollaborattiva u armonizzata għall-ażil.