U Issa Mur, Ħabib…

Baldacchino-Mons.-Francis

U issa mur, ħabib, mur la sejjaħlek

is-Sid ħa jdaħħlek għall-Festa tat-Tieġ.

Hu jaf li int ħabbejt il-Kelma tiegħu

u wassaltha ‘l-bnedmin fejn kien meħtieġ.

 

Ħabbejt lill-fqar u ż-żgħar għax ħabbhom qablek

Dak illi għażlek biex taħdem għalih.

Huma emmnu fik għax raw xbihethom f’qalbek,

rawk ittejjeb ħajjithom – u emmnu fiH.

 

Ried il-Mulej, biex taqsam kollox miegħu,

jgħaddik ukoll mit-toroq tat-tbatija.

Imma bħalm’hemm Kalvarju hemm it-Tabor

u f’tarf it-triq – Eternità tgawdija.

 

U issa mur, ħabib, tħallihx jistenna –

għax ġa qiegħed jiftaħlek bieb il-Ġenna.

 

George Mallia