U-Film Malta tattendi l-Moscow Business Square u l-Karlovy Film Festival

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, U-Film Malta kompliet bil-ħidma kontinwa tagħha li tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni fejn jinġibdu l-films. F’Moska, U-Film Malta kienet waħda mill-imsieħba tal-Moscow Business Square, l-avveniment kummerċjali prinċipali tal-Moscow International Film Festival.
Għal din l-edizzjoni, U-Film Malta kienet ukoll waħda mill-imsieħba prestiġużi, bl-imsieħba l-oħra jinkludu lil Screen International, Moscow Film School, Producers Network, Marche du Film, Mipcom, fost l-oħrajn.
Il-Karlovy Vary Film Festival huwa avveniment li jiġbor flimkien lil dawk involuti fl-industrija tal-films minn madwar id-dinja kollha, u jintroduċi l-aħħar żviluppi fl-industrija Ċeka tal-films. Dan il-festival serva ta’ opportunità għal U-Film Malta biex isir networking ma’ operaturi differenti fil-qasam tal-produzzjoni. Matul iċ-ċerimonja tal-ftuħ, Mel Gibson ingħata l-Globu tal-Kristall għall-kontribuzzjoni artistika eċċellenti lid-dinja taċ-ċinema.
L-attendenza ta' U-Film Malta f’dan il-festival hija parti mill-isforzi li qed isiru biex issir promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni għall-filming fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-KVIFF huwa meqjus bħala wieħed mill-aktar festivals importanti għal dawn ir-reġjuni.