“U 18-il Sena għaddew f’ħakka t’għajn” – Claudette lil David

Messaġġ qasir u sinjifikattiv ħafna dak tal-MP Claudette Buttigieg lil żewġha David hekk kif illum qed jiċċelebraw 18-il sena minn mindu wegħdu mħabbithom lil xulxin fejn qaltlu li dawn is-snin għaddew f’ħakka t’għajn. Il-koppja għandhom ukoll tifla, Kristina.

David u Claudette għamlu żmien twil jaħdmu wkoll flimkien fil-qasam tat-televiżjoni billi pproduċew għadd kbir ta’ programmi li jinkludu L-Isfida u Sellili, li proprju f’dawn l-aħħar ġimgħat reġgħu attivaw il-paġna Facebook ta’ dan il-programm biex iwasslu ħafna informazzjoni utli lill-pubbliku Malti. Tista’ tidħol fil-paġna ta’ Sellili minn hawn.

Awguri lil David u lil Claudette fil-jum tal-anniversarju tagħhom.