Tzatziki

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

185g yogurt plain

90g ħjara maħkuka

1 mgħarfa meraq tal-lumi

1 ras ta’ tewma mgħaffġa

melħ

bżar iswed

1 kuċċarina nagħniegħ frisk imqatta’ fin

Metodu

F’bieqja kbira ħallat l-ingredjenti kollha.

Għatti u daħħal fil-friġġ għal siegħa biex it-togħma toħroġ tajjeb.

Servi mal-pita bread bħala dip u bħala salza ma’ xi korni.