Tyre jingħata n-nar ma’ bieb f’Tas-Sliema

Bieb ta’ uffiċċju fi Triq it-Torri Tas-Sliema spiċċa fil-mira ta’ nar li tqabbad apposta.

Il-pulizija qalet li tyre tqiegħed mal-bieb u ngħata n-nar. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2am.

Sid ta’ ħanut tax-xorb fil-viċin induna bit-tyre li kien qed jaqbad. Tfiegħ b’fire extinguisher qabel ma mbuttah fuq il-bankina biex jevita aktar ħsara.

Il-proprjetà hi ta’ raġel ta’ 36 sena minn tas-Sliema.

Il-pulizija qed tinvestiga l-każ.