Twitter meqjusa l-aħjar kumpanija biex taħdem magħha

Il-kumpanija tat-teknoloġija Twitter hi meqjusa bħala l-aħjar kumpanija li wieħed jista’ jaħdem magħha jekk hu jibbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-kultura u l-valuri tal-kumpanija.
 
Fi studju li sar minn Glassdoor, il-ħaddiema ta’ numru ta’ kumpaniji ġew mistoqsija kemm huma kuntenti x-xogħol u kemm jemmnu li l-kumpaniji li jaħdmu magħhom għandhom kultura u valuri tajbin.
 
Interessanti wkoll kif 11 mill-ewwel 25 kumpanija huma kumpaniji tat-teknoloġija.
 
L-ewwel 25 kumpanija huma:
 
1. Twitter
2. Edelman
3. Google
4. Riverbed Technology
5. Facebook
6. Southwest Airlines
7. Chick-fil-A
8. National Instruments
9. Chevron
10. H E B
11. Intuit
12. Wegmans
13. CDW
14. Genentech
15. Apple
16. Nike
17. Walt Disney Company
18. USAA
19. Citrix Systems
20. Adobe
21. Procter & Gamble
22. REI
23. Discover
24. Progressive Insurance
25. NetApp