Twitter jibdel l-istilla mal-qalb

Twitter bidel is-simbolu tal-istilla li biha turi li jogħġbok il-kumment, ma' dak tal-qalb u qanqal diversi reazzjonijiet.
Il-bidla saret minħabba li l-istilla kienet qed tfixkel lil utenti ġodda, kif ukoll għax i s-simbolu tal-qalb hu magħruf minn kulħadd għax huwa aktar inklusiv.
Wara ġimgħa li bdiet tintuża l-qalb kien hemm żieda ta’ 6% tal-utenti li urew li għoġobhom xi ħaġa. u żieda ta’ 9% ta’ utenti ġodda.
Minkejja dan qiegħed jiġi rrapurtat li din il-bidla ma kinitx daqshekk popolari mas-segwaċi. 
Fost il-kummenti kien hemm li s-simbolu tal-qalb diġà jintuża mill-Instagram.
Kumment ieħor kien li twitter kien l-uniku post fejn tista’ tuża’ l-istilla wara l-iskola.