​Twitter dalwaqt jibda jidher bħal Facebook

Fil-ġimgħat li ġejjin se tinbidel id-dehra tat-Twitter…se jiġi jidher eżattament bħal Facebook.
Dan id-disinn ġdid se jkun qed jagħti aktar importanza lir-ritratti u li tweets jiġu favoriti jew jiġu re-tweeted, simili għal like u x-share ta’ Facebook.
Dawk li qatt ma kellhom Twitter u se jagħmlu wieħed f’dawn il-jiem, se jkollhom dawn il-karatteristiċi ġodda mill-ewwel. Iżda għal dawk li diġà jużawh, dan se jinbidel fil-ġimgħat li ġejjin.
Fost l-oħrajn, dawk li jitqiesu bħala l-aqwa tweets se jidhru ikbar u wieħed se jkun jista’ jpoġġi wkoll tweet partikolari fuq nett tal-paġna.