Twissijiet ta’ tsunami fl-Alaska u l-Amerka

Twissijiet ta’ tsunami xxandru fin-Nofsinhar tal-Alaska kif ukoll fil-Gżejjer Aleutian, il-Kolumbja Brittanika fil-Kanada, kif ukoll f’Kalifornja, Oregon u Washington fl-Amerka.
Dan wara li terremot fil-baħar, ta’ forza 7.9, ġie rreġistrat madwar 175 mil mix-Xlokk ta’ Kodiak fl-Alaska.
Skont rapport tal-United States Geological Survey (USGS) it-terremot kien fond mas-6 mili.