Aġġornata: Ritratti u filmat: Twissija: Xita qawwija… sa meta?

Arkivji

Read in English.

Ħarġet twissija ta’ xita moderata jew qawwija li ssir bil-maltempati bir-ragħad. Din it-twissija tgħodd sal-10pm, u għamluha l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta flimkien mas-sit ta’ Maltese Islands Weather. Barra minn hekk, il-maltemp mistenni jdum sa nhar il-Ħamis li ġej.

Minħabba x-xita, Malta Road Traffic Updates avżat biex jiġi evitat il-Wied ta’ San Ġwann. Dan għaliex mgħerreq.

Maltese Roads Traffic Updates

Barra minn hekk, it-traffiku qed jiġi devjat mill-Coast Road, u Buġibba fi Triq id-Dolmen hemm ħafna ilmijiet.

Qrib il-Bajja ta’ San Ġorġ jidher li hemm ħafna ilmijiet ukoll.

Maltese Islands Weather spjegat li t-tbassira tal-bieraħ uriet li ġejja ġimgħa ta’ instabbilità. L-arja kiesħa mit-Tramuntana se toħloq kunflitt mal-baħar sħun tal-Mediterran, u għalhekk se tinħoloq sistema ta’ pressjoni baxxa. Infatti, il-maltemp mistenni jdum sa nhar il-Ħamis skont l-Ajruport.

Minħabba dan, illum se jkun hemm maltempati bir-ragħad iżolati. Se jkun hemm perjodu ta’ xita kontinwa, li għandha tkun qawwija u kultant bir-ragħad. Din l-iżjed li se taffetwa aktar tard waranofsinhar jew flagħxija.

Skont Maltese Islands Weather, it-total ta’ xita għandu jvarja minn 25 mm sa 50 mm b’ammonti għola f’postijiet lokalizzati. Is-sitwazzjoni tat-temp se taqleb għall-aħjar sa filgħodu tat-Tlieta.