TWISSIJA: X’għandek tagħmel minħabba l-irmied mill-Etna

L-iżbroff tal-vulkan Etna mhux biss ħalla riperkussjonijiet kbar fi Sqallija, iżda jista’ jħalli effetti fuq is-saħħa tal-Maltin.

Dan tħabbar mill-Awtoritajiet tas-Saħħa fi stqarrija fejn sostnew li l-effetti fuq is-saħħa jiddependu fuq bosta fatturi, inkluż l-iżbroff frekwenti, is-saħħa tar-riħ u d-direzzjoni.

X’effett jista’ jħalli l-irmied tal-Etna fuq il-Maltin?

  1. L-effett tal-irmied fuq is-saħħa jista’ jikkawża diffikultajiet fin-nifs – fl-istqarrija ġie spjegat li xi rmied jista’ tant ikun fin li man-nifs jidħol fil-pulmun. Persuni li jsofru mill-asthma jew problemi fil-pulmun bħall-bronki u l-emphysema, kif ukoll persuni bi problemi kbar f’qalbhom huma l-aktar fir-riskju.
  2. Irritazzjoni fl-għajnejn hekk kif il-frak jista’ saħansitra jigref l-għajnejn.
  3. Irritazzjoni fil-ġilda anke fil-ġilda.

Dan dejjem skont għal kemm minn dan l-irmied tkun espost.

L-awtoritajiet talbu sabiex kulħadd iżomm għajnejh fuq ir-rapporti, filwaqt li persuni li jafu li jbatu minn xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet għandhom jillimitaw kemm ikunu esposti għall-arja ta’ barra, jżommu l-bibien u t-twieqi magħluqin u jitkellmu mat-tabib jekk jiżviluppaw xi sintomi.

Intant, il-pubbliku qed jintalab jaħsel il-frott u l-ħaxix sew.