Twissija: Tgħumx fiż-żona tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar

Jekk sejjer tgħum tmurx fiż-żona tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar.

Dan tħabbar mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika hekk kif ilbieraħ żbroffa d-drenaġġ fl-istess żona.

Fl-avviż spjega li minkejja li liż-żbroff tneħħa, qed joħorġu dan l-avviż bħala prekawzjoni sakemm jiġu kkonfermati r-riżultati tal-kampjuni miġbura.

It-tabelli li jindikaw l-għeluq twaħħlu fiż-żona.

Għal aktar informazzjoni fuq il-kwalità tal-ilma baħar għall-għawm tista’ ċċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333 mit-8.00 ta’ filgħodu sas-2.30 ta’ wara nofsinhar jew tibgħat e-mail fuq mhi@gov.mt.