Twissija ta’ tsunami fil-Filippini

Terremot li laħaq forza 6.9 fuq l-iskala Richter heżżeż il-gżira Mindanao fil-Filippini fis-sigħġat bikrin tas-Sibt. Iċ-Ċentru ta’ informazzjoni dwar it-tsunami fil-Paċifiku wissa’ li mewġ żgħir ta’ tsunami jistgħu jiffurmaw mal-kosta tal-Filippini u l-Indonesja.

L-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalet li sakemm ippubblikat l-artiklu, ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ nies feruti jew ħsarat ikkawżati mit-terremot. Is-servizz ta’ stħarriġ ġeoloġiku Amerikan qal li t-terremot laqat iż-żona li tinsab 193 kilometru fil-Lvant tal-Filippini f’fond ta’ 60 kilometru.

Fil-bidu, iċ-ċentru tat-tsunami kien qed javża li t-tsunami seta’ jġib miegħu mewġ għoli, iżda aktar tard qal li l-mewġ se jkun għoli ta’ 0.3metri. Ma kien hemm l-ebda twissija għall-istat Amerikan ta’ Hawaii.

L-Indonesja ntlaqtet minn żewġ tsunami serji matul din is-sena. L-ewwel wieħed ikkawżat wara li seħħ terremot qawwi 7.5 fuq l-iskola Richter u qatel mal-2,000 persuna u t-tieni wieħed seħħ ġimgħa ilu meta partijiet minn gżira vulkanika waqgħu fl-Istrett tas-Sudan bejn Java u Sumatra u qatel mal-400 persuna.