Twissija ta’ riħ qawwi mill-Majjistral

Riħ qawwi ħafna mill-Majjistral qed jolqot il-gżejjer Maltin, bl-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi, liema twissija mistennija tibqa’ fis-seħħ sad-9:00p.m.
Għal lum il-Ħadd, temp imsaħħab hu previst b’riħ li jlaħħaq Forza 6 għal 7 li anke jista’ jkun Forza 8 f’xi ħinijiet u b’temperatura li tlaħħaq is-17-il grad celsius.
Il-baħar hu wkoll qawwi ħafna b’temperatura ta’ 17-il grad celsius.
Għalkemm xita mhix prevista għal-lum, ħalbiet tax-xita huma previsti għal għada t-Tnejn.