Bħalissa l-Gżejjer Maltin qed jinħakmu minn riħ qawwi.
L-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija ta’ riħ qawwi ta’ Forza 6 mill-Majjistral. Din it-twissija hija valida sad-9 tal-lejla.
Skont l-iskala Beaufort, riħ ta’ forza sitta jitqies bħala żiffa b’saħħitha.
Kif se jkun it-temp din il-ġimgħa?
Illum u għada, it-temp huwa mbassar li jkun ftit imsaħħab, b’temperaturi li jitilgħu sa 22℃, waqt li filgħaxijiet jinżlu sa 15℃. Ħalbiet tax-xita huma mistennija s-Sibt, b’riħ ta’ forza ħamsa mill-Majjistral. Il-Ħadd, it-temp mistenni jerġa’ jikkalma.
Maltempata hija mistenna taħkem il-pajjiż it-Tnejn u t-Tlieta.