Twissija ta’ biċċiet ta’ plastik żgħir f’ikel iffriżat

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva mingħand il-kumpanija involuta u aktar tard permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, il-prodott ta’ ikel iffriżat Gregg’s Steak Bakes m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li jista’ jkun fih biċċiet tal-plastik żgħir.

Sors: Dipartiment tal-Informazzjoni (Malta)

Il-prodott jikkonċerna l-produzzjoni li tiskadi fl-20, fit-22 u fit-23 ta’ Diċembru tal-2020.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq in-numru tat-telefon 21337333 mit-8am sas-2.30pm jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt