Twissija ta’ Grigalata severa sa għada

Illum u għada mistennija Grigalata kbira.
Skont il-paġna tat-temp Gozo Weather Page mil-lum sistema ta’ pressjoni baxxa intensa se toħroġ minn fuq il-Libja u timxi bilmod lejn il-Greċja.
Fl-istess ħin, antiċiklun se jieħu postu fuq iċ-ċentru ta’ l-Ewropa u l-Balkani. Id-differenza ta’ bejniethom it-tnejn se tiġġenera riħ qawwi ħafna mill-Grigal.
Minħabba f’hekk il-Gżejjer Maltin se jkunu fiċ-ċentru ta’ dan kollu.
Skont il-paġna t-twissija se tkun fis-seħħ għada mis-6am sat-3pm tal-Ġimgħa.
Ir-riħ mistenni jilħaq l-aqwa tiegħu matul il-lejl.
Id-dettalji ta’ hawn taħt jindikaw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni matul dawn it-33 siegħa li ġejjin skont il-paġna:
Il-Ħamis
6am sa 9am – Grigal Forza 5/6 b’buffuri ta’ Forza 7
9am sa 12pm – Grigal Forza 6/7 b’buffuri ta’ Forza 8
12pm sa 3pm – Grigal Forza 6/7 b’buffuri ta’ Forza 8
3pż sa 6pm – Grigal Forza 7/8 b’buffuri ta’ Forza 9
6pm sa 9pm – Grigal Forza 8/9 b’buffuri ta’ Forza 10
9pm sa 12am – Grigal Forza 8/9 b’buffuri ta’ Forza 10
Il-Ġimgħa
12am sa 3am – Grigal Forza 8/9 b’buffuri ta’ Forza 10
3am sa 6am – Grigal Forza 7/8 b’buffuri ta’ Forza 9
6am sa 9am – Grigal Forza 6/7 b’buffuri ta’ Forza 8
9am sa 12pm – Grigal Forza 6/7 b’buffuri ta’ Forza 8
12pm sa 3pm – Grigal Forza 6/7 b’buffuri ta’ Forza 8
Riħ ta’ din il-qawwa kapaċi jqaċċat siġar żgħar, iwaqqa’ billboards, barrikati, strutturi temporanji u oġġetti oħra mhux sikuri. Ħsarat ħfief fuq bini u qlugħ ta’ siġar huwa possibbli waqt l-aktar buffuri qawwija.
Ritratt: Arkivji