Twissija sal-11 tal-lejla

L-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija li se tibqa’ fis-seħħ sal-11pm.

Skont it-twissija, ir-riħ mil-Lbiċ se jkun qawwi għal qawwi ħafna f’xi waqtiet fuq il-Gżejjer Maltin, bil-ħalbiet tax-xita moderati jew qawwija kultant, bil-ħalbiet tas-silġ u buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad.

Minħabba r-riħ qawwi, is-servizz tal-Gozo Channel bħalissa jinsab sospiż.

Filmat: Sospiż is-servizz tal-Gozo Channel

Intant, it-temperaturi qed ikompli jinżlu. L-ogħla temperatura llum se titla’ sa 17-il Grad Celsius filwaqt li l-inqas temperatura llejla se tkun 14-il Grad.

Għal min se jivjaġġa bil-baħar, il-baħar se jkun qawwi għal qawwi ħafna, bl-imbatt baxx għal moderat mix-Xlokk.

Filmat: Sospiż is-servizz tal-Gozo Channel

Wied iz-Zurrieq

The POWER of nature! Very strong waves batter Wied iz-Zurrieq today! 😱🌊🌪🌬💨🌀A big thanks to XaghruJr Mifsud for sending us the video

Posted by The Weather Page Malta on Tuesday, November 12, 2019
Golden Bay

It's strong winds and surf as Malta's Golden Bay today! 🌊🌬💨😱🌪🌀Video taken by Daniel Collins

Posted by The Weather Page Malta on Tuesday, November 12, 2019

Kemm niżlet xita fl-aħħar ħin?

Skont il-paġna Maltese Islands Weather fuq Facebook, ilbieraħ fl-Għarb niżlet b’47.8 millimetru ta’ xita b’kuntrast ma’ 1.5 millimetru fil-Belt Valletta.

Il-wied ta’ Marsalforn f’Għawdex jinsab fl-aqwa tiegħu, wara xita abbundanti li ħakmet b’mod partikolari lil din il-gżira 💦💦🌿🍀🌧🎥 Joseph Zammit

Posted by It-Temp Madwarna on Tuesday, November 12, 2019

Kif se jkun it-temp fil-jiem li ġejjin?

Skont l-istess sit tal-Uffiċċju Meterjoloġiku:

L-Erbgħa:  Bir-riħ u b’ħalbiet ta’ xita iżolati

Il-Ħamis:  Bil-ħalbiet tax-xita

Il-Ġimgħa: Ftit imsaħħab

Is-Sibt: Bir-riħ qawwi (Forza 6/7)

Il-Ħadd: Ftit imsaħħab

It-Tnejn: Ftit imsaħħab

It-temperaturi se jerġgħu jitilgħu sa 22 Grad Celsius u jerġgħu jinżlu l-Ħadd u t-Tnejn.