Twissija minn espert mediku: ilbsu l-maskra, żieda fil-każi sporadiċi

Ħarsa lejn is-sitwazzjoni f'Malta

face masks
Miguela Xuereb

Read in English.

Mill-informazzjoni miġbura mill-paġna Saħħa fuq Facebook, in-numru ta’ każijiet sporadiċi ta’ COVID-19 jidher li huwa qrib l-40%. Jekk jitnaqqsu l-ammont ta’ persuna infettati fi gruppi, wieħed jista’ normalment jasal għan-numri li ‘mhumiex ikkunsidrati’.

Il-każijiet sporadiċi jirreferu għal dawk li ħadu l-COVID-19 iżda s-sors tal-infezzjoni mhux magħruf. Aktar kmieni fix-xahar, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kien poġġa l-kontaġju sporadiku b’marka ta’ 30%, iżda mill-informazzjoni akkumulata permezz tal-infografija ppubblikata, jidher li n-numru żdied sa madwar 42%.

Sal-lum, jekk wieħed iżid in-numri ta’ Settembru, kien hemm 1057 każijiet ta’ COVID-19, li minnhom Newsbook.com.mt analizza li 433 kienu sporadiċi.

Ħarsa lejn in-numri

Meta wieħed iħares lejn ir-ritmu tan-numri, żewġ elementi huma ċari: Għalkemm b’pass bil-mod, it-tendenza għall-kontaġju qiegħdha tiżdied. Meta wieħed iħares lejn il-mudell magħmul mill-każijiet sporadiċi, dawn jidhru li fil-biċċa l-kbira jsegwu t-triq tax-xejra ġenerali tal-COVID-19 li tindika li dan iċ-ċiklu għadu ‘l bogħod milli jispiċċa.

Sitwazzjoni serja ħafna – espert mediku

Espert mediku li pprefera li ma jissemmiex qal li s-sitwazzjoni hija serja ħafna. L-espert qal li billi nirrifjutaw li nagħlqu setturi tal-ekonomija, u l-iftuħ tal-iskejjel f’dawn iċ-ċirkostanzi dgħajfa, in-numri jistgħu biss jmorru għall-agħar. “Biex issib xi tip ta’ mitigazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm kompromess: xi setturi jagħlqu biex l-iskejjel jinfetħu. Ukoll, il-pubbliku jrid jifhem li din mhix kwistjoni li tilbes maskra jekk jogħġbok biss. Li tilbes maskra huwa obbligatorju,” qal l-espert mediku. 

F’dan l-aspett, il-President tal-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta Dr Martin Balzan għandu opinjoni simili, hekk kif ħeġġeġ lill-gvern biex jagħlaq il-gyms u l-bars qabel ma jiftaħ l-iskejjel.

Sadanittant, Malta tinsab mal-ogħla livelli fin-numru ta’ każijiet attivi għall kull miljun persuna. Din l-informazzjoni tagħti stampa ċara, jekk estrapolata, tal-mod kif il-pajjiż sejjer fil-pandemija.