Twissija mill-WHO li l-periklu tal-coronavirus għadu magħna

FILE PHOTO: REUTERS/Denis Balibouse

Read in English.

Hekk kif ħafna pajjiżi, speċjalment fl-Ewropa, bdew jillaxkaw il-miżuri li ħadu biex jikkontrollaw il-firxa tal-coronavirus, il-fergħa tas-saħħa tan-Nazzjonijniet Magħquda, l-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), wissiet li l-periklu mill-virus kien għadu mas-saqajn u qal li kull Gvern li beda jtaffi l-miżuri jrid jagħmel dan b’kawtela kbira.

Mike Ryan, l-inkarigat tal-WHO għall-emerġenzi, wissa li l-periklu mill-coronavirus se jibqa’ hemm għal kulħadd sakemm ma jkunx hawn tilqim għalih, xi ħaġa li mistennija ddum  madwar sena biex tinħareg għall-pubbliku.

Ryan qal li filwaqt li xi pajjiżi bdew jillaxkaw il-miżuri, fuq livell globali s-sitwazzjoni kienet għadha waħda perikoluża ħafna, dan fost tħassib mix-xjentisti li qed ibassru li għadd irid ikun hawn it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus.

F’intervista mar-Reuters iżda Ryan ukoll esprima tama li l-mod kif ħadmu ċerti pajjiżi jidher li hemm mezzi kif wieħed iġib dan il-virus taħt kontroll imma wieħed irid ikun kawt għaliex kullhadd kien għadu qed jitgħallem dwar dan il-virus u wissa li d-dinja kienet f’nofs il-gwerra ma’ dan il-virus u mhux it-tmiem.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn