Twissija mill-MFSA dwar sit elettroniku

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) wissiet dwar sit elettroniku li juża l-istess isen ta’ kumpanija reġistrata lokali. Is-sit elettroniku https://www.zenithfinanceltd.com mhuwiex marbut bl-ebda mod mal-entità liċenzjata. Dan is-sit qiegħed jagħmel użu mhux awtorizzat ta’ isem simili u referenza għall-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat ta’ kumpanija Maltija rreġistrata u liċenzjata, Zenith Finance Limited (C 42720) li s-sit tagħha huwa https://zenithgroup.com.mt/.

L-MFSA kompliet li dan is-sit elettroniku mhuwiex marbut mal-ebda kumpanija reġistrata Maltija jew liċenzjata jew awtorizzata mod ieħor mill-MFSA biex tipprovdi servizzi ta’ investiment jew servizzi finanzjarji oħra Malta jew barra minn Malta li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew awtorizzati taħt il-liġi Maltija.

L-Awtortità qalet li s-sit elettroniku https://www.zenithfinanceltd.com/ jidher li hu clone ta’ sit elettroniku ta’ entità leġittima u għaldaqstant il-pubbliku m’għandhux jidħol f’negozju jew tranżazzjonijiet mal-entità qarrieqa.