L-MFSA twissi dwar kumpanija

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li l-kumpanija li topera bl-ismijiet FxGcmi, Global Capital Markets FX LLC jew Global Capital Markets FX Ltd, mhix reġistrata f’Malta u lanqas ma hi entità liċenzjata mill-MFSA biex tipprovdi xi tip ta’ servizz finanzjarju.
Fi stqarrija, l-MFSA qalet li din l-entità tgħid li għandha liċenzja ta’ Kategorija 3 sabiex tipprovdi servizzi ta’ investiment maħruġa mill-MFSA.
Il-websajt imħaddma minn din l-entità fiha informazzjoni falza u qarrieqa. Għaldaqstant, l-MFSA twissi lill-pubbliku biex ma jagħmilx tranżazzjonijiet jew b’xi mod ieħor jirrelata ma’ din l-entità.