TWISSIJA mill-Gvern minħabba n-nirien fil-Magħtab

CPD

L-Awtorità tas-Saħħa avżat lill-pubbliku biex jaħsel il-frott u l-ħaxix qabel ma’ jieklu minħabba n-nar li kien hemm fil-Magħtab.

Fi stqarrija, is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika qalet li l-Awtoritajiet tas-Saħħa rrispondew għan-nar fil-faċilità tal-Wasteserv fil-Magħtab.

“Is-Sovritendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jenfasizza l-messaġġ għall-pubbliku dwar il-bżonn li jaħsel il-frott u l-ħaxix qabel il-konsum, l-ipproċessar, jew it-tisjir. Din l-informazzjoni qed tiġi enfasizzata peress li jista’ jkun hemm depożitu ta’ materjal maħruq fuq xi uċuh tar-raba’ fiż-żoni affettwati. Qed jittieħdu kampjuni għall-analiżi neċessarja.”

Is-Sovritendenza qalet li l-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq 21337333.