​TWISSIJA mill-Gvern dwar is-sħana

Appell lill-pubbliku minħabba t-temperaturi għoljin, li mistennija jkomplu jiżdiedu fil-jiem li ġejjin.
Id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qed jisħaq dwar l-importanza li wieħed jixrob iktar mis-soltu matul ix-xhur tas-sajf.
Fakkar li t-temperaturi għoljin jikkaġunaw aktar telf ta’ ilma mill-ġisem, li jista’ jirriżulta biex wieħed jixxotta (dehydration).
Id-Dipartiment qal ukoll li s-sħana tista’ taffettwa lil kulħadd speċjalment lill-anzjani, lit-trabi, lit-tfal żgħar, lil persuni li jbatu b’mard kroniku jew li huma attivi ħafna.
Biex wieħed jevita dawn l-effetti hu importanti li:
·         Jekk hu possibbli jevita li joħroġ barra bejn il-11am u l-4pm
·         Joqgħod f’postijiet friski fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol
·         Jixrob regolarment u jiekol ikel kiesaħ
·         F’każ ta’ dubju jikkonsulta lit-tabib tiegħu

Ritratti: Ian Noel Pace