Twissija kontra kumpanija mhix liċenzjata

L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta qiegħda twissi lill-pubbliku dwar entità bl-isem IbanFX Limited. L-entità qed tgħid li għandha uffiċini bbażati f’Malta u r-Renju Unit.

L-Awtorità spjegat li IbanFX Limitied mhijiex kumpanija reġistrata Malta u lanqas mhi awtorizzata biex tipprovdi servizzi bankarji jew servizzi finanzjarji oħra li huma meħtieġa li jkunu liċenzjati jew bi kwalunkwe mod ieħor awtorizzati taħt il-liġi Maltija. Għalhekk il-pubbliku ma għandux jidħol f’kummerċ jew jagħmel transazzjonijiet ma’ din l-entità.

L-MFSA fakkret lill-konsumaturi tas-servizzi finanzjarji biex joqogħdu attenti li ma jidħlu f’ebda tranżazzjoni ta’ servizzi finanzjarji qabel jaċċertaw lilhom infushom li l-entità li magħha qed issir it-tranżazzjoni hija awtorizzata li tipprovdi dawk is-servizzi mill-MFSA jew minn xi regolatur ieħor tas-servizzi finanzjarji kif applikabbli.

Il-lista ta’ entitajiet liċenzjati mill-MFSA hija disponibbli hawn.