Twissija għal dawk li se jmorru jgħumu

Is-sezzjoni ta’ salvataġġ fil-baħar fi ħdan l-Emergency Response and Rescue Corps (ERRC) wissiet lill-għawwiema kollha dwar baħar qawwi u perikoluż. Talbet biex l-għawwiema kollha jieħdu l-prekawzjonijiet kollha u fejn hemm, jsegwu t-twissijiet mill-lifeguards.

L-ERRC qalet li r-riħ qawwi mill-Majjistral se jaffettwa diversi bajjiet f’Għawdex u f’Kemmuna. Il-bajja ta’ Marsalforn, ir-Ramla l-Ħamra, Daħlet Qorrot, Ħondoq ir-Rummien, ix-Xlendi, Mġarr ix-Xini u San Blas, kif ukoll il-bajjiet  ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna huma affettwati minn dan ir-riħ qawwi. Dawn għandhom żewġ bnadar ħomor, li jfisser li jekk wieħed jgħowm, jkun qiegħed ipoġġi ħajtu f’riskju.

L-Emergency Response and Rescue Corps hija organizzazzjoni volontarja li għandha l-għan li tipprevjeni u tiffaċilita sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jinvolvu persuni f’riskju.