Twissija fuq is-sigurtà tal-kameras li jimmonitorjaw lit-trabi

REUTERS/Jorge Silva

Read in English.

In-National Cyber Security Centre Ingliż, wissa li l-apparat li jintuża biex jissorvelja lit-trabi u kameras li jaħdmu bit-teknoloġija mingħajr fili (wireless), jistgħu jkunu vulnerabbli li jiġu aċċessati bla permess minn hackers u nies kriminali. 

Iċ-Ċentru qal li kameras li jintużaw fid-djar, u li żdiedu fil-popolarità tagħhom b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jissorveljaw lit-trabi u t-tfal huma f’riskju li jkunu aċċessati bla permess. Għaldaqstant ingħata l-parir li jintużaw l-passwords li jiġu fornuti mill-produtturi ta’ dan l-apparat biex ikun iktar diffiċli li jkun hemm ksur tal-privatezza. 

Ftit taż-żmien ilu r-Renju Unit ħabbar liġijiet ġodda li jżommu kumpaniji li jimmanifatturaw dawn il-kameras u oġġetti oħra li jintużaw fil-qasam tas-sigurtà, jekk l-aspetti ta’ sigurtà u privatezza ma jiġux imtejba.