Twissija dwar moda ġdida taż-żraben

It-tobba qed iwissu dwar il-perikli tal-moda ġdida taż-żraben tal-plastik, fit-temp sħun u umdu tas-sajf. L-ispeċjalista tas-saqajn, Dr Suzanne Levine twissi li l-moda ġdida tista’ tikkawża problemi fis-saqajn. “Qed tagħlaq saqajk ġo plastik li ma jħallikx tieħu nifs,” tgħid il-podjatra. “Mingħajr arja, l-ambjent umdu jista’ jkabbar il-problema ta’ kundizzjonijiet u infezzjonijiet fis-saqajn, minbarra r-riskju tal-bżieżaq bil-materja,” tkompli tispjega.

L-ikbar problema fuq kollox tidher li hi r-riħa tinten fis-saqajn. Il-podjatra tissuġġerixxi ftit prekawzjonijijet bħal trab li jgħin biex jinxef l-għaraq fis-saqajn. Tgħid ukoll li jekk persuna xorta se tilbes dawn iż-żraben għandha tilbishom wara li tinżel ix-xemx.

Tagħti tbeżbiża wkoll dwar it-tkaken għoljin u tgħid li dawn huma sfida biex mara tieħu ħsieb saħħitha u l-figura tagħha, għax jekk ikollha piż żejjed u tilbes it-takkuna, tirriskja li tweġġa’.