Twissija dwar kimika velenuża fi prodott tal-ikel

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott tal-fazola kannella tad-ditta Nigeria Taste m’għandux jiġi kkunsmat.
Dan minħabba riskju ta’ kontaminazzjoni bil-kimika aluminium phosphide, li tista tkun velenuża.
Wara li uffiċjali tal-Ispettorat ma setgħux jintraċċaw l-importaturi lokali, dan id-Direttorat huwa fid-dmir illi jinforma lill-publiku dwar dan il-periklu.