Twissija dwar prodott espost għar-raġġi

Instab li l-prodott Natural Ginger bag ġie espost għall-irradjazzjoni mhux dikjarata fuq it-tikketta.

Fi stqarrija, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qal li wara li ttieħdu xi kampjuni lokalment u saret analiżi fuqhom, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li ġie espost għall-irradjazzjoni mingħajr ma ġiet iddikjarata fuq it-tikketta u mingħajr informazzjoni jekk tali irradjazzjoni saritx fi stabbiliment approvat.

Isem tal-prodottNatural Ginger bag
DittaGold kili
Użin80g
Data tal-Manifattura10-04-2017
Data tad-Durabbilità09-04-2019
Prodott ta’Singapore

Id-Direttorat ikkjarifika illi f’Malta huwa permess li l-ħwawar jiġu trattati b’irradjazzjoni basta tali proċess isir fi stabbiliment approvat, f’ċertu doża, u li tali proċess jiġi ddikjarat fuq it-tikketta.

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 2133 7333.