Twissija dwar il-laħam proċessat

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li l-laħam proċessat, bħal hot dogs, perżut, bejken u zalzett, jista’ jikkontribwixxi għar-riskju tal-kanċer. Dan jiġri għaliex dan it-tip ta’ laħam ikun trattat b’xi mod biex ikun priservat jew isir b’togħma itjeb billi jżidulu l-imluħa, jiffermentawh jew b’modi oħra.

L-Organizzazzjoni qalet li hu possibbli li kull tip ta’ laħam aħmar jista’ jkun responsabbli għal riskju akbar għall-kanċer fil-musrana u hemm xhieda wkoll li tagħti wieħed x’jifhem li dan il-laħam jikkontribwixxi wkoll għall-kanċer fil-prostata u fil-frixa għad li din l-evidenza ma tantx hi qawwija.

Minn studju li sar fuq 15-il każ ta’ kanċer fis-sider instab li dawk li jieklu regolarment laħam proċessat tiżdied b’9% l-possibbiltà li jiżviluppaw dan il-kanċer meta mqabbel ma’ dawk li ma jiklux dan it-tip ta’ laħam. Dan ifisser ifisser li jekk xi ħadd jiekol hot dog jew żewġ slajsis bejken kuljum, ir-riskju għal kanċer fil-prostata jikber bi 18%.

Dan l-aħħar kien hemm studju li qal li l-konsum tal-laħam aħmar ma kienx ta’ periklu għas-saħħa daqs kemm kien maħsub. Iżda r-riċerkatur ewlieni f’dan l-istudju ntwera li kellu x’jaqsam mal-industrja tal-laħam u li kien qal hekk għax kien jaqbillu.