Twissija biex ma tikolx dan il-prodott jekk allerġiku għall-krustaċji

Lamb and carrot dumplings

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħabbar li l-prodott iffriżat b’isem ta’ ‘Lamb and Carrot Dumblings’ m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għall-krustaċji, minħabba li nstab li fih għalkemm mhumiex iddikjarati fuq it-tikketta.

L-allerġija għall-frott tal-baħar hija reazzjoni anormali mis-sistema immuni tal-ġisem għall-proteini f’ċerti annimali tal-baħar, li jinkludu krustaċji u molluski, bħal gambli, granċ, awwista, klamari, gajdri, arzell u oħrajn.

Isem tal-prodott:Lamb and Carrot Dumplings
Ditta:Freshasia
Data tad-durabbilità:BBE 06.04.21
Użin:400g
Kategorija:Prodott friżat

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon (2133 7333) mit-8:00am sas-2:30pm jew jibgħat imejl fuq mhi@gov.mt.

Għal informazzjoni simili, il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook jew is-sit uffiċjali