“Twerwer aktar għal saħħtek milli mill-multa” – Ray Calleja

Ritratt:Facebook/RayCalleja

Ray Calleja, li bħalissa jinsab għaddej bi kwarantina flimkien mar-raġel tiegħu Joakim għamel appell lill-pubbliku Malti fejn fakkar li “huwa s-sens komun u s-sens ċiviku li jgħidlek jekk qiegħed kwarantina … oqgħod kwarantina.”

Calleja appella lil dawk li suppost qegħdin kwarantina biex jekk għandhom bżonn xi ħaġa jistaqsu għall-għajnuna. Fakkar li filfatt hawn ħafna għajnuna u li ħafna qed jagħtu l- għajnuna minn qalbhom.

Ray Calleja saħaq li jaqbel perfettament mal-multa ta’ €3000 iżda fakkar biex dak li jkun mhux mill-multa għandu jitwerwer imma aktar għas-saħħa ta’ ħaddieħor u anki ta’ min suppost qiegħed kwarantina.

Calleja f’dawn l-aħħar jiem mhux talli wassal bosta pariri lil dawk li qegħdin kwarantina, iżda wkoll wassal bosta mumenti li nisslu tbissima u taffew ftit mit-tensjoni permezz ta’ bosta kitbiet tiegħu fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Grazzi Ray!

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn