Twelled wara ħabta; 5 itfal mejta

Mara weldet wara ħabta fi Florida li fih kien involuti diversi vetturi fosthom vann tal-Knisja Pentekostali li kien sejjer lejn Disney World. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters żewġ tractor-trailers li kienu qed jivvjaġġaw fid-direzzjonijiet opposti ħabtu, u s’issa seba’ persuni spiċċaw tilfu ħajjithom.

Il-ħamest itfal li mietu għandhom bejn 8-19-il sena u inqatlu wara li tractor-trailer sejjer lejn it-Tramuntana ħabat ma’ karozza fuq I-75 viċin ta’ Gainesville skont kelliem għall-Awtoritajiet tal-awtostrada fi Florida.

Żewġ vetturi li kienu sejrin lejn it-Tramuntana spiċċaw fil-karreġjata sejra fid-direzzjoni opoosta u ħabtu ma’ tractor-trailer u vann tal-knisja. Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters, il-kelliem tal-għassa tat-toroq qal li l-fdalijiet spiċċaw qabdu. Spjega li fil-ħabta iż-żewġt irġiel li kienu qed issuqu t-trakkijiet tilfu ħajjithom filwaqt li madwar 8 persuni spiċċaw ittieħdu l-isptar isofru b’diversi ġrieħi.

Il-vann tal-Knisja li huwa ta’ Avoyelles House of Mercy f’Louisiana kien qed jieħu 9 itfal u 3 nisa lejn Orlando skont Kevin Cox li huwa s-sovraintendenza tal-Knisja Pentekostali ta’ Louisiana.

Waħda minn nisa involuti fl-inċident kienet tqila u spiċċat twelled it-tarbija tagħha wara l-ħabta skont ma kompla jgħid Cox fi stqarrija fuq Facebook.  It-tarbija u l-4 itfal oħra u tliet adulti huma mistennija jirrikupraw, filwaqt li l-mara li weldet ma tilfietx ħajjitha.