Twelled f’karavan wara li mxiet 2,800 mil

Newborn Alvin Reyes sleeps next to his mother Honduran migrant Erly Marcial, 21, at a hospital in Puebla, Mexico, November 13, 2018. REUTERS/Carlos Garcia Rawlins

Mara weldet fuq karavan waqt li kienet qed tipprova taqsam il-fruntiera bejn il-Messiku u l-Istati Uniti. Dan propju wara li mxiet mal-2,800 mil waqt stadju avvanzzat tat-tqala.

Reuters spjega kif Erly Marcial mill-Honduras telgħet fuq karavan mal-familja tagħha minkejja li kienet waslet fit-tmien xahar tat-tqala. Hi weldet tarbija f’saħħitha minkejja vjaġġ kemmxejn iebes, u issa qed tittama li jsir miraklu ieħor.

Hi u qrabatha jinsabu mweħħlin f’Tijuana fil-Messiku, qrib l-entratura għall-Istati Uniti, filwaqt li l-President Donald Trump qed jinsisti li jżomm lill-immigranti barra mill-Istati Uniti.

REUTERS/Carlos Garcia Rawlins

Marcial u familtha bdew dan il-vjaġġ lejn l-Istati Uniti imma jaf għandhom xhur twal jistennew għall-ewwel evalwazzjoni mill-uffiċjali tal-Istati Uniti. S’issa l-Istati Uniti ippermettiet biss 13.8% tat-talbiet għall-ażil, dan meta kkumparat mal-20.9% tal-persuni li qed ifittxu l-ażil madwar id-dinja kollha.

Jekk Marcial u r-raġel tagħha, Alvin Reyes, ma jitħallewx jidħlu fl-Istati Uniti spjegaw li se jippruvaw jibnu ħajjithom fil-Messiku, possibilment f’Tijuana. Bħalissa qed jgħixu f’dormitorju tal-Knisja. Reyes ma kienx qed jirnexxielu jagħmel biżżejjed flus sabiex jgħajjex lil familtu hekk kif hu u Marcial għandhom ukoll tifel ta’ sentejn u tifla ta’ sitt snin.