Ingliża twelled darbtejn f’sena; fil-Milied u fl-Ewwel tas-Sena

Omm mir-Renju Unit welldet darbtejn fl-istess sena, l-ewwel tarbija twieldet fl-Ewwel tas-Sena u t-tieni tarbija twieldet propju fil-Milied.

Laura Aitchinson u s-sieħeb tagħha Lewis Killip laqgħu lil binhom Carlos fil-familja fl-1 ta’ Jannar tal-2016 u t-tieni wild tagħhom, Nicholas fil-Milied tal-istess sena. L-omm ta’ 26 sena welldet għat-tielet darba propju l-ġimgħa li għaddiet, ftit jiem qabel il-Milied. Hi kellha tifla li semmewha Lola Grace.

Laura li tgħix ġewwa Cumbria qalet li minn dejjem kienet tħobb il-Milied imma ma għandhiex idea kif dejjem tispiċċa twelled fi żmien il-festi. Sostniet li ġenwinament ma kienux ippjanati.