Twelidt f’Jannar jew fi Frar? Ara x’tgħid ir-riċerka

Riċerka li saret minn The Journal of Social Sciences sabet li l-parti l-kbira tal-istilel ta’ Hollywood, politiċi, xjentisti, awturi, idoli sportivi u kantanti, twieldu fl-ewwel xahrejn tas-sena.

L-istess riċerka sabet ukoll li t-tfal li twieldu f’Jannar għandhom ċans ikbar li jkollhom suċċess fid-dinja tax-xogħol b’pożizzjonijiet maniġerjali jew professjonali.

Skont Standard & Poor’s 500 Companies fl-Istati Uniti, 10% tal-Kapijiet Eżekuttivi (CEOs) kienu twieldu f’Jannar.

Dan mhux l-uniku studju li jindika li dawk li jitwieldu f’Jannar u Frar għandhom tendenza li jkollhom karrieri ta’ suċċess.  Studji oħra juru li ġeneralment dawk imwielda fix-xitwa jmorru aħjar fl-iskola.

Barra minn hekk riċerka tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fir-Renju Unit (ONS) turi li ħafna tobba jitwieldu f’Jannar filwaqt li bosta artisti jitwieldu fi Frar.

Ir-riċerkaturi jgħidu li fit-teorija, trabi li jitwieldu fix-xhur tax-xitwa huma aktar rilassati minn dawk li jitwieldu fis-sajf li jitqiesu li għandhom rashom aktar sħuna.

Ċelebritajiet li twieldu f’dawn ix-xahrejn jinkludu lil Liam Hemsworth, Zayn Malik, Elvis, Jennifer Anniston, Oprah u Cristiano Roanldo.

Minkejja dawn ir-riżultati, ix-xjentisti dejjem ifakkru li minkejja li sabu rabtiet bejn ix-xahar tat-twelid u l-karriera tal-persuna, ma jfissirx li dawk imwielda f’xhur oħra tas-sena mhux se jkollhom futur sabiħ!