Tweġibx jekk tintalab informazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa

Read in English.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi talab lill-pubbliku biex jinjora talbiet dwar il-VAT jew tat-taxxa li jistgħu jintalbu minn żmien għal żmien.

Qal li qed jintbagħtu scams bħal dawn permezz ta’ emailsittri u mezzi oħra ta’ komunikazzjoni.

F’każ ta’ xi dubju, wieħed jista’ jagħmel kuntatt fuq in-numru 144 għan-negozji u 153 (freephone) fil-każ taċ-ċittadin u jingħata struzzjonijiet meħtiega mill-uffiċjali tad-Dipartiment.

L-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi jaġġorna regolarment is-sit elettroniku tiegħu https://cfr.gov.mt/en/Pages/Home.aspx bi struzzjonijiet relatati ma’ dawn is-scams.