Tweġibx telefonati minn dan in-numru

Read in English.

Attent jekk tirċievi telefonata minn dan in-numru barrani.

Newsbook.com.mt jinsab mgħarraf li l-pubbliku reġa’ qed jirċievi telefonati bħala parti minn skema li l-għan tagħha hu li titlob id-dettalji ta’ dak li jkun. Jidher li għal darb’oħra n-numru hu barrani, din id-darba mill-Ġermanja, madanakollu wieħed għandu joqgħod attent hekk kif għalkemm dawn it-telefonati joriġinaw minn barra l-pajjiż xorta ġieli jużaw numri lokali.

Ftit xhur ilu l-Pulizija kien avżaw lill-pubbliku dwar skema simili li l-għan tagħha kien li titlob id-dettalji bankarji tal-individwu bi skuża li min ċempel għamel biex jirranġa xi ħsara teknika.

Il-Pulizija tfakkar dejjem li wieħed m’għandu qatt jagħti dettalji personali jew bankarji fuq it-telefown.