Aġġornata: Tweġġa’ wara li tibqa’ dieħla f’siġra qrib Bieb il-Bombi

Mara ta’ 29 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li raġel ta’  32 sena tilef il-kontroll tal-vettura u  baqa’ dieħel ġo siġra.
L-inċident seħħ qrib il-Bieb il-Bombi, il-Furjana.
Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei parmezz ta’ ambulanza.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: Malta Police Force