Aġġornata (2): Tweġġa’ wara li qabżet minn fuq it-Tieqa tad-Dwejra

Tfajla Franċiża ta' 23 sena weġġgħet gravi iżda ma tinsabx fil-periklu tal-mewt wara li qabżet ġol-baħar minn fuq it-Tieqa tad-Dwejra.

L-inċident ġara għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar.

It-tfajla ttieħdet immedjatament għall-kura fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġiet iċċeritifikata li weġġgħet ix-xewka ta’ daharha.